Blog Post

Tnedija tal-vidjo ta’ “Il-Bir” l-ewwel single mill-album “Il-Ħlas”

Fit-8 ta’ Mejju varajna l-vidjo ta’ “Il-Bir”, l-ewwel kanzunetta mill-album “Il-Ħlas”.  Il-vidjo huwa magħmul minn muntaġġ ta’ immaġnijiet tal-qamar, u imfassal minn VideoCafe. Inħossu li din il-kanzunetta u dan il-vidjo jirrapreżentaw tajjeb il-ħoss u l-filosofija tal-grupp; misterjuż, melankoniku, iżda xorta relatabbli u tal-widna. Jekk jgħogobkom dak li qed tisimu, nistednukom tikkontribwixxu għal din il-kampannja ta crowdfunding.