L-Istorja ta’ Malta f’ta’ Maria

Għall-ewwel l-istorja tinstema' qisha dik ta' mara Maltija, imma l-istorja ta' Maria hija ħafna iktar minn hekk!

Christian Colombo Publishing October 1, 2018 at 9:59 am
€750.00
pledged of €750.00 goal
26
backers
0
Days Left
Support Now
Project Ends on November/12/2018
  • Description
  • Updates
  • FAQ
  • Backers

Project Description

L-idea

F’Malta huwa kważi impossibli li tgħaddi kumment ta’ natura politika mingħajr ma tiġi ttimbrat ma’ naħa jew ma’ oħra. Min jaf kemm-il darba kelli artiklu lest għall-gazzetta u spiċċajt ma ppublikajtux ħabba l-biżgħa li jiġi interpretat ħażin u iktar jagħmel ħsara milli ġid.

Il-mod li bih pruvajt noħroġ minn din il-morsa hija billi nirrakonta storja allegorika – li tgħid storja waqt li fil-verita tkun qed talludi għal oħra moħbija. Bla dubju l-iktar ktieb famuż ta’ dan it-tip huwa Animal Farm ta’ George Orwell.

Ir-riżultat

Ir-riżultat ta’ din l-idea hija novella qasira bl-isem ta’ L-istorja ta’ Malta f’ta’ Maria. Maria hija mara miżżewġa b’żewġt itfal li tkun qed tipprova ssib ħajja aħjar ħabba li r-raġel tagħha ma jkun ideali xejn. Hawn il-ftuħ tal-ktieb:

 

Tagħmel mill-aħjar li tista’ imma l-għażliet li jiġu quddiemha m’huma faċli xejn: u hawn fejn tiġi interessanti għax il-qarrej jitħalla jagħżel kif jixtieq iġġib ruħha Maria fl-istorja. Hawn l-ewwel post fejn tinferaq l-istorja:

Il-publikazzjoni

Li tippublika ktieb bil-Malti daż-żmien huwa diffiċli, speċjalment jekk ikun ktieb li joħroġ minn ħafna normi bħal dan. Għalhekk għażilt li nippublikah diġitalment biex ikun jista’ jaqrah kulħadd waqt li fl-istess ħin nibda kampanja biex bil-fondi li jinġabru, l-ktieb jiġi stampat. Jekk tintlaħaq l-ewwel mira ta’ €750 jiġu stampati 150 kopja, jekk tintlaħaq it-tieni mira ta’ €1000 jiġu stampati 225 kopja, fil-waqt li jekk tintlaħaq il-mira ta’ €1200 jiġu stampati 300 kopja. 

 

Dwar l-awtur

Dr Christian Colombo huwa akkademiku fl-Universita ta’ Malta fil-qasam ta’ l-informatika. Huwa membru fil-kumitat ta’ Malta Humanist Association u huwa ċelebrant taż-żwiġijiet ċivili. Iħobb ukoll jikteb poeżiji u kitbiet oħra – skond l-ispirazzjoni. Fil-ħin liberu ssibu jgħodos fil-baħar, jixxabbat mal-blat, jew x’imkien fil-kampanja.

Nispera li l-ktieb jgħoġbok u ssibu interessanti. Grazzi bil-quddiem tas-sapport tiegħek.

Stretch Goals

75.00%

Jiġu Stampati 225 Kopja ta' dan il-Ktieb 1,000.00

Jiġu Stampati 300 Kopja ta' dan il-Ktieb 1,200.00