Noli

Noli – CD u Video ta’ Mario Debono

Mario Debono Arts January 21, 2019 at 10:13 am
€3,800.00
pledged of €3,800.00 goal
16
backers
0
Days Left
  • Description
  • Updates
  • FAQ
  • Backers

Project Description

Fid-dinja tal-mużika hemm problema: hemm ħafna mużika kummerċjali ta’ livell tekniku għoli imma li tinstema’ biss għal ftit xhur u mbagħad tintesa u tmut mewta naturali. Din il-mużika u l-lirika tagħha ftit fiha valur, ma ttejjibx il-ħajja ta’ min jisma’ anzi tispiċċa biex taljenah jew iġġibu agħar.

Għal min iħobb songs miktuba b’Malti mirqum, adattati għal kull età hawn għandu jsib minn fejn jagħżel. Huma songs oriġinali, friski u attwali għax jitkellmu fuq temi soċjali tal-lum. Għandhom valur artistiku li jibqa’ jgħodd tul iż-żmien. Meta kantajthom f’diversi okkażjonijiet, fosthom kunċert li sar fiċ-CAK u li għalih attendew 500 ruħ, dejjem intlaqgħu tajjeb mill-udjenza. L-istil ivarja: hemm songs satiriċi, umoristiċi, riflessivi, deskrittivi, ironiċi u deskrittivi. Is-suġġetti wkoll huma varji: il-lingwa Maltija, il-familja, id-delizzji, il-qerq, ir-refuġjat, il-fidi. Il-mużika hi mibnija fuq it-tonalità li għandha l-lingwa tagħna. Dan ix-xogħol hu kontribut għall-kultura Maltija.

Għal xix se ssir il-kampanja?

Il-kampanja qed issir biex jinġabru fondi għall-produzzjoni u t-tnedija tas-CD u l-video.

Għal min jixtieq jisma’ tmintax-il song b’Malti sabiħ u bis-sens, Noli se jkun l-isem ta’ CD u video ġodda li se noħroġ jiena, Mario Debono, kantawtur, dis-sena. Ic-CD jinkludi għadd ta’ songs li bihom ħadt sehem u ġieli anki rbaħt bihom f’ L-Għanja tal-Poplu. Magħhom hemm oħrajn ġodda.

Iktar dettalji fis-Sezzjoni tal-FAQ

Fejn se jmorru l-kontribuzzjonijiet?

Il-kontribuzzjoniji se jmorru biex ikopru l-ispejjeż tar-recording, mixing u mastering tas-songs, duplikazzjoni tas-CDs, fotografija, artwork u stampar tal-cover, fuq is-CD u tal-ktejjeb bil-kliem, video promozzjonali tat-title track Noli u tnedija. Meta jitħallsu l-ispejjeż, il-qligħ li jkun hemm imur għad-Dar tal-Providenza.

Min hu Mario Debono ?

  • Beda jkanta ta’ ħdax-il sena fil-kor tas-Seminarju ma’ Patri Albert Borg OSA.
  • Għamel sentejn fil-kor Ġesù Nazzarenu mmexxi minn Patri Salv Galea OP.
  • Tgħallem il-kitarra u beda jdoqq fil-folkmass ma’ Valerie Navarro.
  • Beda jikkomponi kant oriġinali u ħa sehem f’L-Għanja tal-Poplu, ħafna drabi kien finalist, rebaħ erba’ darbiet u darba ġie fit-tielet post.
  • Daqq u kanta ma’ Mro Brian Cefai, Valerie Navarro, Frank O’Neill, Manwel Mifsud, Merga, Sammy Bartolo, Martin Attard, Charles Dalli, Joe C. Grech, Mro George Debono, Mro Manoel Pirotta, Mark Spiteri Lucas, Mro Dominic Galea.
  • Ħa sehem fid-daqq u l-kant ta’ Kartolina, diska, cassette u CD ippublikat mill-YTC.
  • Kien finalist f’The Malta Entry for the 6th European Union Cyprus and Malta Song Festival.
  • Illum kantawtur ta’ songs bil-Malti u jieħu sehem f’diversi okkażjonijiet mużikali, letterarji u kulturali.
  • Ilu kantur f’Komunità Neokatekumenali sa mill-1981.
  • Ippubblika l-cassette Il-Blata Tiegħi – Għanjiet ta’ Aħbar Tajba.
  • Uħud mis-songs tiegħu jinsabu fil-casettes u s-CDs ippublikati mill-YTC.
  • Noli se jkun ġabra tal-aqwa diski tiegħu.

Sponsor Ewlieni: